PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

Il-Kappellun tal-Agunija

Il-Kwadru li nsibu f'dan il-Kappellun jurlill-Kristu msallab, il-Madonna, San Gwann u l-Maddalena.  Tpitter bejn l-1723 u l-1729 minn awtur mhux maghruf.

F’dan il-Kappellun insibu zewg kwadri laterali, it-tnejn xoghol il-pittur Ghawdxi Pawlu Camilleri Cauchi.  Dawn jirraprezentaw il-Maghmudija ta’ Kristu, u lil Gesu’ jidher lill-Madalena wara li qam mil-mewt.  Dawn tlestew ghall-festa tal-1977.

L-abbozzi originali tal-kwadri laterali, xoghol il-Kav. Paolo Camilleri Cauchi (1976)

L-Ostensorju ta' Sant' Andrija

L-Ewwel ostensorju tar-Relikwa ta’ Sant’ Andrija inhadem fl-1721. Dan sar bi flus Dun Guzepp Ellul u n-nutar Filippo Tonna. Fl-1867 sar iehor gdid, mahdum mill-argentier Achille Capsa li kien joqghod il-Belt. Dan sewa 51 lira u nofs.

Il-Kwadru ta' Santa Marija

Dan il-Kwadru tpitter minn Mattia Preti ghall-habta tal-1669.  Dan huwa xoghol mill-aqwa tal-Preti li jzejjen il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa.

 

 

F'din il-kappella ta' santa Marija insibu zewg kwadri laterali li jirraprezentaw lil San Lwigi Gonzaga u lil Santa Anjeze V.M.  dawn huma xoghol il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi u tlestew fl-1962.  Huma meqjusa bhala l-ewwel xoghol ta' dan l-artist fil-knejjes Maltin u Ghawdxin.

 

 

L-abbozzi ghaz-zewg kwadri laterali - Kav. Paolo Camilleri Cauchi (1962)

Il-Kwadru tal-Madonna tac-Cintura

Dan il-kwadru huwa xoghol il-pittur Enrico Arnaud, u sar fl-1728.  Kien igib ix-xbihat tat-Trinita’ Qaddisa, tal-Madonna tal-Konsolazzjoni, ta’ Santa Monika u Santu Wistin, ta’ San Frangisk De Paola, u Santu Rokku.  Giuseppe Cali’ irrestawra dan il-kwadru wara li tlestew in-navi fil-bidu tas-seklu 20.

 

Il-Pulptu

 

Guzeppi Tonna hadem il-pulptu prezenti, fuq disinn ta’ huh, Carmelo Tonna.  Dan izzanzan nhar it-30 ta’ Novembru 1964.   Ix-xoghol tal-bronz sar f’Milan, l-Italja.

Il-Fratellanzi

 

F'Hal Luqa nsibu erba' Fratellanzi.  Dawn huma tas-Sagrament, tar-Ruzarju, tac-Cintura u tad-Duluri.  Il-fratellani tas-Sagrament, tar-Ruzarju u tac-Cintura ghandhom bankun skulturat kull wiehed u fih jintramaw is-salib tal-korp tal-fidda, zewg lanterni u surgentina, ilkoll tal-fidda.  Dawn it-tliet fratellanzi ghandhom ukoll zewg standardi, wiehed minnhom irrakmat.  Il-fratellanza tad-Duluri ghandha standard vjola wiehed u bankun li fih jintramaw is-salib bil-Volto Santo tal-fidda u zewg torciera.

L-Istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju

Din l-istatwa hija wahda antika hafna. Fil-fatt, din inhadmet fl-1692 minn artist mhux mgharuf. Din l-istatwa kienet tohrog purcissjoni fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju (l-Ewwel Hadd t’Ottubru) u fil-festa tal-Madonna tal-Warda (l-Ewwel Hadd ta’ Mejju). Fl-1875 l-artist Giuseppe Cali pitter il-karnaggjon tal-istatwa, u l-ispejjez kollha gew imhallsa mill-fratellanzi tar-Ruzarju u tac-Cintura.  F'din l-istess sena insibu li din l-istatwa bdiet tohrog fil-festa tal-Madonna tac-Cintura, li kienet issir b'pompa kbira gewwa Hal Luqa. 

 L-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju giet indurata fl-1917, sarilha stellarju gdid fuq disinn tas-Sur M. DeGiovanni u nxtraw bradella u bankun minghand il-Prokuratur tal-Knisja tal-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Bormla.